Sport Waterpolo

Sirens jirbħu logħba missielta … Exiles u Ta’ Xbiex jirbħu fl-Ewwel Diviżjoni

SIRENS……………………….. 13

VALLETTA IZIBET………… 9

(3-2), (3-1), (4-3), (3-3)

Sirens komplew jirbħu u din id-darba għelbu l-isfida ta’ Valletta Izibet. Partita missielta b’Sirens jibdew aħjar mill-avversarji u dejjem baqgħu pass qabilhom biex finalment xejnu t-tenattivi ta’ Valletta biex jevitaw it-telfa.

Il-Beltin kienu kostretti jiġru wara r-riżultat wara li kienu 3-1 minn taħt fl-ewwel sessjoni u fit-tieni sessjoni, Sirens kellhom darbtejn vantaġġ ta’ tliet gowls. Valletta wettqu reazzjoni fit-tielet sessjoni u mill-ewwel naqqsu d-distakk għal 6-4 u sa minuta minn tmiem is-sessjoni kienu 8-6.

Madankollu l-iżvolta seħħet meta Isaiah Riolo skorja immedjatament u fl-aħħar azzjoni tas-sessjoni, Gianni Farrugia għamilhom 10-6. Mal-istess azzjoni, tkeċċa Kyle Cremona kif ukoll il-kowċ ta’ Valletta Joe Cremona minħabba protesti. Minkejja skwadra qasira, Valletta naqqsu d-distakk għal 10-8 b’nofs sessjoni għat-tmiem sakemm Sirens għalqu l-logħba fl-aħħar minuti u ssiġillaw ir-rebħa lejn it-tmiem.

Sirens: M. Bonello DuPuis, J. Falzon, K. Erdogan (1), P. Borg, J. Cachia (2), K. Agius, M. Chircop, I. Riolo (1), J. Zerafa Gregory (2), G. Farrugia (3), M. Sciberras, M. Azzopardi (3), I. Schembri, M. Ortoleva (1)

Valletta: B. Busuttil, M. Mifsud (1), M. Demarco, S. Busuttil (2), K. Borg (2), M. Zammit (1), S. Micallef, A. Agius (2), K. Cremona, A. Bugeja, C. Mercieca (1)

Referees: William Isaja, Ronnie Spiteri

EXILES WELBEE’S……… 12

OTTERS NIVEA………….. 4

(2-2), (2-0), (2-1), (6-1)

Tlieta minn tlieta għal Exiles fl-Ewwel Diviżjoni. Ir-riżultat finali jqarraq ftit b’dak li seħħ fil-logħba hekk kif kien biss fl-aħħar sessjoni li Otters ramew ix-xugaman. Exiles kellhom jirrispondu darbtejn fl-ewwel sessjoni wara l-gowls ta’ Otters iżda meta marru minn fuq fit-tieni sessjoni, qatt ma tilfu l-vantaġġ.

Matthew Farrugia naqqas id-distakk għal 4-3 lejn nofs it-tielet sessjoni iżda gowls ta’ Zachary Micallef u Keith Tanti wittew it-triq għar-rebħa ta’ Exiles. Kien fl-aħħar sessjoni li Exiles ixxalaw b’Matteo Martellacci u Keith Tanti jiskorjaw doppjetta fost l-oħrajn.

Exiles: Z. Dzanovic, Z. Cutajar Licari, Z. Micallef (2), D. Paliy, M. Martellacci (2), M. Paris Roding (1), M. Fenech, K. Griscti (2), K. Tanti (5), N. Saliba, J. Bonello

Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna, K. Calleja, M. Meli (1), D. Dimech, I. Azzopardi (1), S. Dimech, T.J. Mifsud, T. Milne, M. Farrugia (1), A. Dimech (1), G. Gatt Ellis, J. Zammit

Referees: Massimo Angileri, Neville Mercieca

TA’ XBIEX AMIGOS……… 19

BARRACUDAS……………… 4

(4-0), (4-1), (7-1), (4-2)

Tasal l-ewwel rebħa għal Ta’ Xbiex Amigos fl-Ewwel Diviżjoni kontra t-tim tal-qiegħ Barracudas. Ta’ Xbiex ħadu mill-ewwel il-kontroll tal-logħba u skorjaw erba’ mingħajr risposta fl-ewwel sessjoni. Il-vantaġġ kiber għal 6-0 sakemm Barracudas naqqsu d-distakk permezz ta’ CJ Saliba.

Dan il-gowl ftit għamel differenza għaliex Ta’ Xbiex komplew jiddominaw u fit-tielet sessjoni kabbru d-distakk għal 15-2, liema distakk baqa’ jikber anki fl-aħħar sessjoni.

Ta’ Xbiex: J. Micallef, J. Farrugia (1), V. Figliomeni (4), L. Grech Carr (2), A. Formosa (1), M. Soler (2), J. Saliba (4), M. Naudi (1), J. Schembri Young, Z. Bartolo (2), P. Tabone (2), A. Theuma

Barracudas: Cl. Bugeja, Ch. Bugeja, N. Majstorovic, P. Micallef (1), W. Ruggier, R. Sciortino, J. Bugeja, A. Falzon, L. Pursehouse (1), S. Apap (1), C.J. Saliba (1), A. Micallef, J. Erdogan

Referees: Juana Cauchi, Alex de Raffaele

Kampjonat Premier

LRDTFKPti
Sirens320145316
Neptunes220021126
San Ġiljan220028236
Valletta310229343
Sliema200222270
Marsaskala200213310

Logħob li jmiss

Is-Sibt 20 ta’ April: San Ġiljan v M’skala 4.10pm, Neptunes v Sliema 5.20pm

L-Ewwel Diviżjoni

LRDTFKPti
Exiles330050199
Birżebbuġa22001696
Marsaxlokk210124143
Otters310219273
Ta’ Xbiex310232253
Barracudas300314610

Logħob li jmiss

Is-Sibt 20 ta’ April: M’xlokk v Birżebbuġa 3.00pm