Internazzjonali Mużika

Taylor Swift tniedi l-11-il album tagħha filwaqt li tiżvela sorpriża

Taylor Swift, il-kantanta biljunarja li għandha 34 sena, illum nidiet il-11-il album tagħha, bl-isem ta’ “The Tortured Poets Department“, wara s-suċċess tal-album tagħa “Midnights” li bih rebħet il-Grammy Awards fl-2022. 

L-album fih 16-il track ġdida li jesploraw il-ħames stadji ta’ qtigħ il-qalb, li fihom kollaborazzjonijiet ma’ artisti bħal Florence + The Machine u Post Malone

L-ammiraturi ta’ Swift qed jispekulaw jekk l-album, possibilment ispirat mit-tmiem tar-relazzjoni tagħha mal-attur Ingliż, Joe Alwyn, hux se jidħol fil-ħajja personali tagħha, partikolarment bit-track numru ħamsa, “So Long London” li jagħti ħjiel dwar il-firda tagħhom wara sitt snin flimkien.

Il-kantanta żvelat ukoll sigriet li dan l-album tagħha huwa fil-fatt doppju. F’sorpriża fis-2am (madwar it-8am ħin ta’ Malta), Swift ħabbret fuq il-midja soċjali li “The Tortured Poets Department: The Anthology” jinkludi t-tieni installazzjoni – bi 15-il track aktar milli kienu qed jistennew l-ammiraturi numerużi tagħha.