Sport

Tliet atleti Maltin mill-kamp tal-boxing jagħmlu unur lil Malta

F’tournament prestiġjuż imwaqqaf taħt ir-regoli tal-Olimpjadi fi Trieste fl-Italja, Jake
Gomez Blanco, Logan Galea, u Kayzen Mifsud, tliet atleti Maltin mill-kamp tal-boxing, għamlu
unur lil Malta. Dan meta fl-aħħar tal-ġimgħa tas-Sibt 13 ta’ April, ikkompetew fl-istess tournament u
kisbu riżultati tajbin b’żewġ rebħiet u telfa bil-punti.
Taħt il-gwida tal-Malta Boxing Federation (MBF) u s-superviżjoni ta’ Master Noel Mercieca, kif
ukoll l-assistent coach James Busuttil, it-tliet boxers Maltin minn żewġ klabbs lokali, Team Noel
klabb u Fight Factory, kisbu dan is-suċċess enormi fuq livell personali, għall-klabbs rispettivi
tagħhom, kif ukoll għall-pajjiż Malti.
Min Team Noel klabb, b’wirja impressjonanti Jake Gomez Blanco b’knock out fl-ewwel round,
għeleb lill-avversarju tiegħu fi ġlieda ta’ tliet rounds.
Intant Logan Galea, student ieħor mill-klabb Team Noel, fi ġlieda kontra l-ġellied mill-Italja b’aktar
esperjenza fir-ring, tilef bil-punti wara ġlieda bilanċjata ta’ tliet rounds ukoll.
Fl-aħħar, Kayzen Mifsud mill-klabb tal-Fight Factory u mmexxi mill-boxer rinomat Steve Martins,
b’wirja mill-isbaħ irnexxielu wkoll jegħleb lill-avversarju tiegħu b’knock out fl-ewwel round minn
tlieta.
Iktar kummenti sbieħ u ta’ sodisfazzjon saru minn Master Noel Mercieca lejn it-tliet atleti tal-boxing
bil-kisbiet li għamlu u l-prestazzjoni li esebixxew. Kompla billi rringrazzja lill-Malta Boxing
Federation talli tat din l-opportunita li ppermettiet lil dawn il-boxers jikkompetu f’tournament
tant prestiġjuż li jiġi organizzat darba biss fis-sena u jikkonsisti f’għaxar tiġġieled.