Neil Camenzuli
GŻIRA UNITED ……………………………….0
BIRKIRKARA ………………………………….0
Gżira : D.Zarkov, G.Bohrer, T.Aldama, Z.Scerri (A.Borg 75’), M.Dias, L.Macula, K.Spence (B.Borg 87’), F.Zuniga, Z.Cassar, T.Espindola, J.Mendoza
Birkirkara: M.Zapytowski, E.Pepe, P.Mbong (A.Zammit 85’), K.Zammit, A.Satariano, M.Beltre (A.Diakite 60’), N.Micallef (M.Maia 46’), A.Coppola, E.Sarpong (K.Fenech 86’), S.Zibo (N.Agius 90′) , A.Ciolaci
Imwissija: T.Espindola 58’ (G), K.Zammit 67’ (B)
Referee: Matthew De Gabriele
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u James Muscat
BOV Plejer tal-Logħba: Paul Mbong (Birkirkara)
Il-Mument Plejer tal-logħba: Lucas Macula (Gżira United)
Fit-Tony Bezzina Stadium, draw ta’ bla gowls li ma jiggwadanja ħadd minnhu bejn Gżira United u Birkirkara, bil-partita ddominata minn ħafna fouls u freekicks. B’dan ir-riżultat Birkirkara jilħqu lil Hibernians fil-ħames post, bit-tim minn Raħal Ġdid ikun impenjat għada kontra Mosta. Minn naħa l-oħra, Gżira United laħqu lil Balzan fit-tmien post li se jilagħbu ukoll għada kontra Valletta.
Mal-ewwel żewġ minuti logħob Gżira kienu perikolużi hekk kif Thiago Espindola ttanta xortih minn freekick mil-lemin, bil-goalkeeper Zapytowski jintervjeni tajjeb.
Għaxar minuti wara kien imiss Birkirkara biex ikunu perikolużi minn freekick, meta Paul Mbong nkariga ruħu minn pożizzjoni skomda mix-xellug, u rnexxielhu jdawar il-ballun fir-rokna ta’ fuq tal-lemin, madankollu Zarkov isalva tajjeb u jżomm l-iskor indaqs wara kwarta logħob.
Fil-25 minuta Gżira jerġgħu jittantaw xortihom minn freekick, din id-darba mogħti minn l-istess Espindola bil-ballun jasal għand Bohrer li bir-ras ma jsibx ix-xibka.
Il-partita tibqa ddominata mis-set pieces perikolużi taż-żewġ timijiet, bl-iktar ċans perikoluż jasal minuta wara meta Paul Mbong sab lil Alessandro Coppola f’tarf il-kaxxa minn freekick mid-dsitanza, bit-Taljan jikkonkludi u l-ballun jgħaddi verament ftit barra.
Fil-35 minuta azzjoni perikoluża għall-Maroons meta minn korner ta’ Zachary Cassar kien l-ewwel Bohrer li laqat il-lasta bir-ras biex sussegwentament tentattiv ieħor tal-plejers ta’ Gżira tolqot il-wieqfa.
L-aħħar għaxar minuti tal-ewwel taqsima nieqsa mill-azzjonijiet, bl-iskor ikun dak ta’ 0-0.
Gżira ħarġu fuq l-offensiva minnufih fit-tieni taqsima hekk kif Macula għamel ġirja individwali mix-xellug u baqa’ dieħel fil-kaxxa, bil-Brażiljan jixxutja fil-baxx u jolqot ix-xibka ta barra.
Macula għal darb’oħra perikoluż mix-xellug din id-darba b’xutt b’saħħtu barra l-kaxxa li għadda għoli fis-56 minuta.
Fil-75 minuta dominju totali minn Gżira, Lucas Macula b’ġirja oħra tipika mix-xellug u jaqta ġewwa fuq il-lemin, bil-Brażiljan ma jirnexxielux jikkonkludi hekk kif Zarkov joħroġ tajjeb minn fuq il-linja.
Fl-aħħar sekondi tal-partita, ħarba tas-sostitut Brooklyn Borg li lagħab pass twil lejn Macula, bil-Brażiljan jerġgħa jsib l-istess Borg fil-kaxxa li minn ftit metri ‘l bogħod ma jirnexxielux isib ix-xibka, bl-iskor finali ikun 0-0.
Dwell bejn il-captain ta’ Gżira Gabriel Bohrer u Alex Satariano ta’ Birkirkara (Ritratt: Josef Fitzpatrick)
//= $special ?>