Futbol Sport

Floriana jitilfu l-ewwel post b’telfa sorprendenti kontra Marsaxlokk

(Ritratt; Catriel Farrugia)

Neil Camenzuli

MARSAXLOKK  …………………………………..1

FLORIANA …………………………………………..0

Marsaxlokk: M.Calleja Cremona, W. Da Silva, K.Micallef, N.Muscat, Y. Messias, D. Bonnici, L.Aguirre, N.Raden, R.Scicluna, S.Akinbule, J.Junior (86’ J.Ghio).

Floriana: G.Kitanov, O.El Hasni, K.Reid, J. Arias (J. Grech 60’), M.Nogureira ( C. Rovas 70’), D.Vella, O.Spiteri (K.Nwoko 90’), M.Valadzko, A.Kouro, A.Garzia (C. Lonardelli 21’), L.Furtado

Imwissija:  N.Raiden 8’, L.Aguirre 76’, S.Akinbule 84’ (M) A.Garzia 21’, G.Kitanov 90’

Skorjaw: Sunday Akinbule 82’ (M)

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Luke Portelli u Paul Apap

BOV Plejer tal-Logħba:  Matthew Calleja Cremona

Marsaxlokk ħasdu lill-kullħadd meta għelbu lil Floriana 1-0. Riżultat ħażin għall-aħħar għall-Greens hekk kif wara bosta ġimgħat fil-quċċata tal-klassifika l-Greens finalment tilfu posthom mill-ewwel post, biex issa jokkupaw it-tieni post wara li Ħamrun rebħu l-partita tagħhom kontra Santa Lucia 4-1. L-Ispartans telgħu fl-ewwel post b’58 punt, segwiti mill-Greens b’57 punt.

Il-gowl tar-rebħa għal Marsaxlokk wasal fit-82 minuta mill-azzjoni tal-goalkeeper Calleja Cremona li lagħab lejn Messias, bil-midfielder jilgħab lejn Sunday Akinbuke b’dan tal-aħħar isib ix-xibka u jitfa’ l-partitarji ta’ Marsaxlokk, kif ukoll dawk ta’ Ħamrun f’dellirju ta’ ferħ.

Sunday Akinbule jiċċelebra l-gowl tar-rebħa kontra Floriana (Ritratt: Catriel Farrugia)