It-tennista Spanjola Garbine Muguruza ħabbret li se tkun qed tirtira mit-tennis fl-età ta’ 30 sena. Hi ħabbret dan f’Madrid ftit qabel l-Laureus World Sports Awards. Muguruza ilha ma tilgħab minn Jannar tas-sena li għaddiet.
Muguruza tibqa’ mfakkra meta fl-2017 kienet rebħet Wimbledon fejn fil-finali kienet għelbet lil Venus Williams u telgħet fl-ewwel post fir-rankings tad-dinja.
//= $special ?>