Futbol Sport

Ħamrun Spartans b’rebħa importanti kontra Santa Lucia

(Ritratt: Joseph Galea)

Andrè Muscat

ĦAMRUN SPARTANS……….

SANTA LUCIA…………………… 1

Ħamrun Spartans: F. Marchetti, S. Borg, L. Montebello (C. Rutjens 76’), J. Mbong, E. Da Silva, E. Domingos, O. Bjelicic, J. Corbolan (R. Camenzuli 8’), S. Paintsil, N. Krstic, J. Robert

Santa Lucia: F. Filho, M. Ellul (P. Ramos 53’), D. Letterby, S. Pisani (D. Xuereb 53’), A. Bradshaw (T. Nagamatsu 72’), J. Pisani, A. Mrdja, G. Virano, S. Moracci, A. Piazza, S. Xerri (E. Gomes 53’)

Imwissija: S. Moracci 45’ (SL), E. Gomes 53’ (SL),

Skorjaw: L. Montebello 16’ (ĦS), S. Paintsil 45+1 (ĦS), J. Robert 47’ pen (ĦS), A. Piazza 65’ (SL), E. Domingos 90+3 pen (ĦS)

Referee: Fyodor Zammit

Assistenti Referees: Shaun Calleja u Robert Cortis

BOV Plejer tal-Logħba: Luke Montebello (Ħamrun Spartans)

Il-Mument Plejer tal-logħba: Luke Montebello (Ħamrun Spartans)

Fl-istadium Nazzjonali, kienu Ħamrun Spartans kif mistenni li ħarġu bil-massimu tal-punti fil-konfront kontra Santa Lucia bl-iskor finali ta’ 3-1.

L-ewwel azzjoni tal-partit tasal fis-16-il minuta, mill-Ispartans fejn minn din l-azzjoni fetħu l-iskor. Kien Mbong li fuq il-lemin qassam lejn Jonny, bl-attakkant Ħamruniż jaqbad ġirja mal-linja leminija sakhemm tefa’ kross lejn in-nofs, kien l-Internazzjonali Malti u l-aqwa skorer tal-kampjonat Luke Montebello li sab ix-xibka b’konklużjoni baxxa.

Mat-tlett kwarti logħob tasal it-tieni azzjoni tal-partita u t-tieni goal għal Ħamrun Spartans, meta mix-xellug kien Bruno li xeħet kross lejn in-nofs fejn sab lil Paintsil waħdu f’nofs il-kaxxa l-kbira, fejn seta’ jitfa’ fix-xibka mingħajr l-ebda diffikulta’.

F’taqsima nieqsa mill-azzjonijiet bit-tim ta’ Ħamrun Spartans b’ħafna pusses tal-ballun, filwaqt lit-tim ta’ Santa Lucia ferm dixxiplinat irnexilu jikkontrolla bil-limitazzjoni tagħhom il-pusses tal-Ħamrun, b’dawn tal-aħħar sabugħa diffiċli biex jkunu perikolużi biex mat-tisfira tat-tmiem it-taqsima mir-refferee Fyodor Zammit, l-Ispartans daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ 2-0.

Wara biss 30 sekonda mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Ħamrun ingħataw penalty meta Bruno daħal fil-kaxxa ta’ Santa Lucia u l-captain Jurgen Pisani jkun tard fit-tackle tiegħu sabiex waqa’ lil plejer Ħamruniż. Kien Jonny Robert li mar fuq il-ballun biex inkarriga ruħu mill-11-il metru, bl-attakkant Ħamruniż jagħmel l-iskor 3-0 b’xutt kalm.

Tasal l-ewwel azzjoni perikoluża ta’ Santa Lucia li sarfet f’gowl fil-65 minuta. Kien żball fid-difiża ta’ Ħamrun Spartans bil-ballun jiġi f’saqajn Piazza, b’dan tal-aħħar jixxutja bid-dawra bil-ballun jispiċċa fl-anglu tax-xibka.

Tlett minuti fuq il-ħin regolamentari Ħamrun jingħatu t-tieni penalty f’din il-partita, meta Virano deher iwaqqa’ fil-kaxxa lil Gabriel Vella, b’Fyodor Zammit jipponta subajh lejn il-marka tal-11-il metru. Kien Bruno li nkariga mill-penalty bil-goalkeeper ta’ Santa Lucia jsalva b’mod momentarju iżda naqqas li jżomm il-ballun milli jidħol fil-lasta, biex b’hekk Ħamrun għamluhom 4-1.

Mat-tisfira tat-tmiem il-partit, kif kien mistenni mingħajr wisq sforz żejjed Ħamrun Spartans ħadu t-tlett punti minn dan il-konfront b’rebħa ta’ 4-1, biex momentarjament telgħu f’ras il-klassifika b’punt fuq Floriana, filwaqt li Santa Lucia għadhom fiż-żona l-ħamra u għadhom jittamaw li fl-aħħar żewġ konfronti jirnexilhom issalvaw, biex is-sena d-dieħla jerġaw jilgħabu fil-kampjonat Premier.

Il-plejer ta’ Ħamrun Jonny ippressat minn Matthias Ellul ta’ Santa Lucia (Ritratt: Joseph Galea)