Futbol Sport

Naxxar bi draw kruċjali fil-mixja lejn is-salvazzjoni kontra Sliema

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Neil Camenzuli

SLIEMA WANDERERS  ……………………………….0

NAXXAR LIONS ………………………………………….0

Sliema : R.Al Tumi, J.Borg, V.Plut (N.Strickland 84’), M.Beerman, J.Arthur, D.Kouao, N.Frendo, H.Freire (E.Agius 57’), G.Acheampong, L.Micallef (D.Kondrakov 68’), A.Awad (N.Strickland 84’)

Naxxar: M.Debono, N.Micallef, F.Barbosa. N.Pace, A.Servo, G.Cassar, R.Blandon, E.Espirito, M.De Souza, Y.Ito, V.Mouro

Imwissija:  R.Gilmour 86’ (N)

Referee: Andrea Scriha

Assistenti Referees: Luke Portelli u Paul Apap

BOV Plejer tal-Logħba: Geoffrey Acheampong (Sliema)

Il-Mument Plejer tal-logħba: Matthias Debono (Naxxar Lions)

Żewġ riżultati identiċi fit-Tony Bezzina Stadium hekk kif fil-konfront bejn Sliema u Naxxar iż-żewġ timijiet ħadu punt kull wieħed fi draw ta’ bla gowls. B’dan ir-riżultat Naxxar huma kważi sieq ġewwa fil-Kampjonat BOV Premier għall-istaġun li ġej hekk kif issa jinsabu fis-7 post b’32 punt.

Is-Slimiżi ħarġu jattakkaw mal-ewwel 10 minuti meta Lydon Micallef minn tarf il-kaxxa pprova jegħleb lil Debono b’xutt baxx, bil-konklużjoni tiġi devjata mid-difensuri ta’ Naxxar.

L-ebda azzjoni oħra fl-ewwel taqsima, biż-żewġ timijiet iżommu l-pussess u jipprovaw isibu l-opportunità denja li jiskorjaw.

Fil-bidu tat-tieni taqsima, Sliema b’ċans li jiftħu l-iskor meta t-talisman Geoffrey Acheampong jidħol b’ġirja fil-kaxxa u jikkonkludi tajjeb, pero jsib lil Debono li jtajjar barra għall-korner.

Sliema b’ċans ieħor tajjeb wara siegħa logħob li wasal minn korner mogħti mil-lemin jasal għand Debono, bil-goalkeeper ma’ jżommx il-ballun sew u jaqa’ f’saqajn Lydon Micallef li mill-viċin ma jikkonkludiex fix-xibka.

Fit-63 minuta Sliema għal darb’oħra fuq l-attakk, kontrattakk veloċi tad-difensur Jean Borg, bil-ballun eventwalment jasal għand Acheampong li jittanta xortih minn barra l-kaxxa, madankollu Debono  jerġgħa jintervjeni.

Fis-87 minuta ċans tajjeb għas-Slimiżi meta Neil Frendo nkariga ruħu minn freekick mill-viċin,  il-konklużjoni tkun ċentrali wisq.