Sport Waterpolo

Sliema jirbħu kontra r-rivali u San Ġiljan waħedhom fil-quċċata … Birżebbuġa jilħqu lil Exiles fl-Ewwel Diviżjoni

NEPTUNES VIDEOSLOTS…… 6

SLIEMA FRANK SALT…………. 8

(2-2), (0-4), (3-1), (1-1)

L-ewwel telfa għal Neptunes Videoslots u l-ewwel rebħa għal Sliema Frank Salt fil-Kampjonat Premier. Rebħa importanti għas-Slimiżi wara telfiet kontra Valletta u San Ġiljan. Fuq in-naħa l-oħra, prestazzjoni mhux għal-livell ta’ Neptunes hekk kif għamlu ftit wisq biex joħorġu rebbieħa. Fost l-oħrajn ma rnexxielhomx jiskorjaw b’seba’ okkażjonijiet ta’ superjorità numerika.

Benji Cachia u Dino Zammit poġġew lil Sliema darbtejn minn fuq iżda Neptunes ġabu d-draw fiż-żewġ okkażjonijiet minn Ryan Galea u Sam Gialanze. Fit-tieni sessjoni, Sliema fetħu d-distakk li finalment spiċċa biex kien deċiżiv b’erba’ gowls mingħajr risposta fit-tieni parti tas-sessjoni.

Neptunes emmnu f’rimonta fit-tielet sessjoni u naqqsu d-distakk għal 6-5 b’gowls ta’ Jordan Camilleri u doppjetta ta’ Luigi Mallia. Madankollu t-tieni gowl personali ta’ Cachia żamm lil Sliema b’vantaġġ doppju. Fl-aħħar sessjoni, Mark Castillo qarreb lil Neptunes gowl bogħod sakemm konklużjoni stupenda ta’ Liam Galea wittiet it-triq għar-rebħa Slimiża.

Neptunes: A. Borg Cole, S. Gialanze (1), G. Pace, L. Mallia (2), D. Bugeja, M. Castillo (1), J. Camilleri (1), R. Galea (1), J. Bajada, J. Valletta, E. Mallia, M. Brimmer

Sliema: N. Grixti, G. Gatt, L. Galea (2), D. Rizzo, J. Cassar (1), B. Cachia (2), N. Rizzo, S. Engerer (1), J. Brownrigg (1), J. Chircop, E. Schembri, D. Zammit (1), M. Castillo, T. Camilleri

Referees: William Isaja, Alex de Raffaele

SAN ĠILJAN JP PROJECTS…… 17

MARSASKALA ESC………………. 10

(4-2), (5-5), (5-1), (3-2)

San Ġiljan JP Projects għamlu dak mistenni minnhom minkejja li ma tħabtux wisq. Ir-riżultat finali ma jnaqqasx mill-isforzi ta’ Marsaskala li għamlu dak li setgħu biex jillimitaw id-danni li setgħu joħolqu l-avversarji, minkejja li l-Ġiljaniżi ma kinux bl-aqwa tim possibbli.

Il-Ġiljaniżi kellhom il-kontroll tal-logħba kif mistenni iżda r-ritmu tal-logħba ma kienx elevat u dan ippermetta lil Marsaskala biex iżommu l-pass. Marsaskala saħansitra għamlu l-iskor 5-5 f’nofs it-tieni sessjoni għalkemm minn dak il-ħin qatt ma reġgħu għamlu l-iskor indaqs.

Sa tmiem it-tieni sessjoni, San Ġiljan kellhom vantaġġ ta’ 9-7 u neħħew kull dubju minn fejn sejra r-rebħa fit-tielet sessjoni b’ħames gowls mingħajr risposta għal 14-7. Fl-aħħar sessjoni komplew jikkontrollaw mingħajr diffikultà b’Russell Caruana jissiġilla r-rebħa lejn it-tmiem.

San Ġiljan: G. Borg, A. Galea (1), G. Bonavia, R. Caruana (3), M. Zammit (1), J. Bonavia (2), D. Tully, J. Abela (4), N. Bonavia, D. Zammit, N. Schiavone (5), M. Grech, S. Cutajar (1)

Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, J. Colombo, J. Pace Mizzi (1), M. Agius, E. Bilgrin, K. Navarro, M. Farrugia, K. Grech, G. Sammut (3), J. Ciantar (2), M. Carani (2), M. Borg, L. Montebello Brownrigg (2)

Referees: Peter Balzan, Richard Magri

MARSAXLOKK MFF…………….. 4

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…….. 8

(0-1), (0-2), (2-2), (2-3)

Birżebbuġa Freeport baqgħu b’punti massimi fl-Ewwel Diviżjoni wara rebħa meritata fuq Marsaxlokk.  Birżebbuġa fetħu l-iskor kmieni permezz ta’ Mikhael Cutajar, liema vantaġġ kiber għal 3-0 fit-tieni sessjoni b’gowls ta’ Miguel Cassar u Neil Cassar.

Marsaxlokk ittantaw jidħlu fil-logħba meta żammew id-distakk ta’ tliet gowls u anki naqqsu d-distakk għal 5-3 fil-bidu tal-aħħar sessjoni. Madankollu Birżebbuġa wieġbu mill-ewwel biex serrħu rashom mit-tliet punti.

Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon, A. Aquilina (1), B. Zammit (1), T. Agius, B. Lewis (1), R. Spiteri, J. Pawley, S. Mifsud (1), J. Borg Tabone, A. Fava, R. Attard, S. Bonetti

Birżebbuġa: M. Sladden, S. Bezzina (1), N. Cassar (1), J. Cauchi, I. Galea, M. Manara, D. Incorvaja (2), J. Abdilla, D. Farrugia, M. Cutajar (2), G. Mannino (1), M. Curmi, S. Livori, M. Cassar (1)

Referees: Massimo Angileri, Stefan Licari

Kampjonat Premier

LRDTFKPti
San Ġiljan330045339
Sirens320145316
Neptunes320127206
Valletta310229343
Sliema310230333
Marsaskala300323480

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa 26 ta’ April: Sliema v Marsaskala 8.20pm

Is-Sibt 27 ta’ April: San Ġiljan v Valletta 4.10pm, Neptunes v Sirens 5.20pm

L-Ewwel Diviżjoni

LRDTFKPti
Exiles330050199
Birżebbuġa330024139
Marsaxlokk310228223
Otters310219273
Ta’ Xbiex310232253
Barracudas310214610

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa 26 ta’ April: Birżebbuġa v Barracudas 6.00pm, Marsaxlokk v Exiles 7.10pm

Is-Sibt 27 ta’ April: Ta’ Xbiex v Otters 3.00pm