Lokali

Xogħolijiet tat-toroq li qed joħolqu aktar konfużjoni

Toroq f’Ħal Għaxaq li kellhom jitlestew ix-xahar li għadda għadhom sa issa mhux konklużi. Dan hekk kif fiz-zona ta’ bejn Triq Santa Marija u Triq il-Balklor għadu għaddej xogħol illi ilu li beda minn Jannar.

Net News jinsab infurmat li t-toroq kellhom jitlestew sa żmien il-Ġimgħa l-Kbira, iżda sa issa għad hemm xogħol pendenti f’din iz-zona ta’ Ħal Għaxaq.

Ir-residenti ta’ Ħal Għaxaq ilhom ġimgħat jilmentaw mal-Kunsill Lokali dwar l-inkonvenjent kbir li qed isofru. Dan apparti ilmenti oħra li intbagħtu direttament lill-awtoritajiet.

Il-każ ta’ Ħal Għaxaq mhux wieħed iżolat. F’diversi lokalitajiet hemm proġetti pendenti ta’ toroq u tħaffir, anke f’zoni fejn għadu kif sar tarmac ġdid. Bil-PN jinsisti li huma r-residenti li qed ibagħtu minn dan l-inkonvenjent.