Sport Sport Ieħor

Badminton u l-judoka Hedwig Karakas fi SportExtra tal-lum

Fil-25 programm Sport Extra ta’ llum it-temi ewlenin huma l-badminton u l-judo internazzjonali.

Fl-ewwel parti servizz dettaljat dwar l-Edizzjoni 2024 tat-Tournament Internazzjonali tal-badminton b’intervisti ma’ Joanne Cassar, Segretarju Ġenerali ta’ Badminton Malta, Dimitar Yanikev tal-Bulgarija li kien finalist fl-2022 , wieħed mill-plejers ewlenin lokali Matthew Abela kif ukoll Aram Mahmud li fl-aħħar Olimpijadi ta’ Tokjo kien parti mit-tim tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali għar-refuġjati.

Fit-tieni parti tal-programm mistiedna specjali Hedwig Karakas bla dubju waħda mill-judokas ewlenin fl-Ewropa. Eks rebbieħa tal-midalja tal-bronż fil-Kampjonati tad-Dinja 2009 u tal-Ewropa kif wkoll irrappreżentat lil Ungerija fl-Olimpijadi tal-2012 f’Londra, 2016 f’Rio u fl-2020 f’Tokjo.

Sport Extra jixxandar illum fuq Net Television mill-5.15 ta’ waranofsinhar ‘l quddiem.

Sport Extra għandu preżentazzjoni u produzzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Michael Farrugia.