Lokali

Bernard Grech iżur l-attivitajiet ta’ Jum għall-Awtiżmu

L-Universita’ ta’ Malta l-Ħadd fakkret Jum għall-Awtiżmu 2024 organizzata mill-Malta Autism Centre.

Minn art auction, xiri ta’ pjanti, face paint, kif ukoll bouncy castle, il-familji Maltin setgħu jiċċelebraw dan il-jum li jfakkar l-Awtiżmu – kundizzjoni relatata mal-iżvilupp fil-moħħ li taffettwa direttament il-perċezzjoni u l-mod kif persuna tissoċjalizza ma’ persuni oħrajn, bil-flus kollha li nġabru minn din l-attività marru b’risq il-Malta Autism Centre.

Diversi voluntiera tkellmu ma’ Net News biex jispjegaw is-sinfikat ta’ din l-attività.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kif ukoll is-Sinjura Anne-Marie Grech żaru din l-attività fejn kellhom l-opportunità li jitkellmu mal-voluntiera kif ukoll ma’ nies li għandhom din il-kundizzjoni sabiex isiru jafu iżjed dwar l-awtiżmu.

Huma kellhom ukoll l-opportunità jsiru jafu x’inhuma l-isfidi li dawn il-persuni jaffaċjaw ta’ kuljum.

Minn naħa tiegħu, Bernard Grech spjega l-vizjoni tal-Partit Nazzjonalista li tindirizza l-isfidi li jesperjenżaw nies bl-awtiżmu, li tista’ taffettwa nies ta’ kull età, u li sa issa ma teżisti ebda kura għaliha.

Preżenti wkoll għal din l-attività kien hemm id-deputati tal-Partit Nazzjonalista David Agius kif ukoll ix-Shadow Minister għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Graziella Galea.