Lokali

“Il-prijorità tal-PN hija li fil-lokalitajiet ikun hemm rappreżentazzjoni xierqa b’interess fir-residenti” – Michael Piccinino

Ritratt: Matthew Tabone

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino semma wħud mill-affarijiet li saru fuq livell amminstrattiv fost l-oħrajn li jkunu aktar sostenibbli fil-ħidma interna fost l-oħrajn b’installazzjoni tal-panelli fuq id-Dar Ċentrali. Huwa tkellem ukoll li bil-ħidma fi ħdan il-media tal-Partit Nazzjonalista, l-istazzjon tan-Net huwa l-aktar stazzjon privat segwit.

Michael Piccinino sostna meta kien qed jindirizza l-Kunsill Ġenerali tal-PN, li għandna xandir pubbliku li huwa maħtuf minn Robert Abela u li issa qed jiċċensura lill-President tal-Parlment Ewropew Roberta Metsola.

Il-prijorità tal-Partit Nazzjonalista hija li fil-lokalitajiet ikun hemm rappreżentazzjoni xierqa b’interess wieħed – dawk tar-residenti. “Wara 8 ta’ Ġunju jixraqlek Kunsillera li se jiddefendu lir-residenti” sostna Michael Piccinino.

Huwa qal li b’żewġ MEPs f’isem il-Partit Nazzjonalista ġibna unur, dan apparti li kellhom karigi fit-tmexxija tal-Parlament Ewropew. Huwa saħaq li jekk se jippruvaw jiċċensuraw lill-MEPs f’isem il-Partit Nazzjonalista trid tkompli l-ħidma u nwasslu l-messaġġ sħiħ lill-poplu Malti u Għawdxi.