Lokali

“Il-protezzjoni tal-ambjent mhix ta’ partit wieħed imma tal-poplu kollu”

Ritratt: Matthew Tabone

“Il-protezzjoni tal-ambjent mhix ta’ partit wieħed”

Dan tennieh Luke Said attivist u żgħażugħ u student taġ-ġeoxjenza Għawdxi, li spjega illi l-ambjent ma għandux ikun prijorità ta’ partit politiku wieħed bħal Partit Nazzjonalista imma ta’ kull partit flimkien mal-poplu Malti u Għawdxi.

Luke Said spjega illi f’dan l-aħħar 250 sena, żiedu ħafna l-kimiċi fl-atmosfera u huwa għalhekk li qed jinġemgħu u jikkaġunaw ħsara kbira globalment. Minn hawnhekk, bdiet il-bidla fil-klima, bidla li qed tissaħħaħ aktar ma jmur speċjalment f’pajjiżna minħabba l-lokalità ġeoloġika tal-gżejjer Maltin.

Kien hawnhekk li spjega li l-kostruzzjoni, in-nuqqas ta’ xita u l-bidla fil-klima qed tikkaġuna problemi serji għal bdiewa li jridu jkabbru prodott li nieklu imma anke għal poplu Malti u Għawdxi kollu. Fejn spjega li bħala pajjiż, nserrħu ħafna fuq ir-Reverse Osmosis Plants, dan għaliex aktar ma jonqos l-ilma tal-pjan aktar irridu dawn l-plants.

Intant, huwa spjega li minkejja d-diffikultajiet li qed jesperjenza pajjiżna, fin-Nadur Għawdex għaddejja ħidma li bdieha s-sindku Nazzjonalista Edward Said – ħidma li tinkludi l-grupp ‘Nadur Nadif’, illi jieħu sehem fi clean up darba fil-ġimġħa u li sa issa matul is-snin inġabar 2400 borża mill-ambjent ta’ Malta, Għawdex u Kemuna.

Said spjega li barra dan il-grupp, f’Malta u Għawdex hawn gruppi bħal Din l-Art Ħelwa, Għawdex, huma fuq quddiem sabiex jipproteġu anke l-Outside Development Zones, ODZ. Żoni li spiċċaw siti ta’ illegalitajiet għaliex ħadd mhu qed iwaqqafhom.

Kien hawnhekk li tenna li għandna nibqgħu niġġieldu, fejn spjega li fil-Parlament ġie mistosi mill-Partit Nazzjonlista rigward l-pieni li ħaruġ relatati mal-ambjent, bil-Ministru Miriam Dalli tammetti li l-maġġoranza ta’ dawn il-pieni qed jingħataw lil entitatjiet tal-Gvern stess, dan minkejja li suppost jafu x’inhuma l-policies u l-liġijiet. U għalhekk huwa importanti li bħala oppożizzjoni nibqgħu niġġieldu sabiex issir il-ħaġa t-tajba.

Huwa fakkar fid-deċiżjoni tal-ERA, fejn approvat li taqla s-siġar tal-Mosta u Marsalforn. Fejn tenna illi qabel pajjiżna ma jkollu pjan sabiex jiġġieled it-tibdil fil-klima, pajjiżna se jibqgħu f’ċiklu, hekk kif spjega li deċiżjonijiet bħal park and ride fin-Nuffara li sewa madwar 4 miljuni minflok tranġat it-triq li twassal għalih fi stat diżastruż.

Luke Said appella li dan huwa ċ-ċans tal-poplu Malti u Għawdxi jagħti s-sehem tiegħu sabiex jipproteġi l-ambjent ta’ pajjiżna.