Lokali

“Irridu lil dawk li qed jieħdu d-deċiżjonijiet biex ituna viżjoni fit-tul”

Ritratt: Matthew Tabone

“Irridu lil dawk li qed jieħdu d-deċiżjonijiet biex ituna viżjoni fit-tul”

Dan tennitu Michelle Attard Tonna, Deputat Dekan fil-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta u attivistà għal trasport alternattiv. Fejn fid-diskors tagħha spjegat illi għarfet li l-Partit Nazzjonalista għandu r-rieda politika.

Id-deputat dekan spjegat li fil-qasam tal-mobbiltà hemm bżonn bidla mill-għeruq, bidla fil-kultura u kif naħsbu. Hekk kif tenniet li ħafna mill-poplu jiddependi fuq il-vettura privata tiegħu, u minkejja li din fiha nnfsiha mhix problema, meta jkollok pajjiż li sa Frar li għadda kellu 450,000 vettura liċenzjata – din issir problema. U huwa għalhekk li l-kwalità ta’ ħajjitna qed tiġi affettwata minħabba t-traffiku li qed jinqabad fih kulħadd, kullimkien u f’kull ħin tal-ġurnata.

Michelle Attard Tonna tenniet li kaġun tat-traffiku li qed jesperjenza pajjiżna, qed jiġu kreati ħafna problemi, fosthom huma d-dewmien u telf ta’ ħin li wieħed jitlef matul il-ġurnata hekk kif il-maġġoranza tad-drabi wieħed iqatta’ madwar siegħa u nofs sabiex jasal fid-destinazzjoni tiegħu. Siegħa u nofs f’ġurnata tajba, meta ma jkunx hemm ħabta, toroq magħluqin u meta t-tarmak ma jkunx nixef.

Kien hawnhekk li spjegat li d-dewmien fit-traffiku qed isarraf f’detriment għas-saħħa mentali tal-poplu Malti u jista’ jiġi kwantifikat f’telf finanzjarju, dan meta wieħed jikkunsidra li jwassal għall-wasla tard ix-xogħol, għal xi appuntament mediku jew seduta l-qorti, eżami jew titjira.

Id-deputat dekan spjegat ukoll li t-traffiku qed iwassal f’detriment għall-kwalità tal-arja, hekk kif spjegat li pajjiżna għandu aktar mid-doppju tat-tniġġis fl-arja minn dak rekomandat mid-WHO. Kwalità ta’ arja li twassal għal asthma, kanċer, puplesija u mard fil-pulmun. Hekk kif tenniet illi dan it-tniġġis iwassal għal tibdil fil-klima. U kien hawnhekk li spjegat li t-tibdil fil-kliem huwa wieħed mill-akbar fenomini illi l-ġenerazzjonijiet futuri se jaffaċċjaw.

Intant, hija tenniet li x-xogħolijiet fit-toroq huma estensivi, xogħolijiet li jinkludu l-bini ta’ toroq ġodda u anke dawk li qed isiru fuq toroq li diġa’ kienu msewwija dan minħabba negliġenza u nuqqas ta’ ppjanar. Fejn spjegat li r-rabta bejn il-kuntrattur u l-politikant hija waħda magħrufa, hekk kif indikat li l-mod kif jipu elenkati x-xogħolijiet huma inġusti.

Id-Deputat Dekan tenniet illi t-toroq Maltin mhux sikuri, fejn tenniet li nurmu ta’ bankini qas huma wiesgħa sabiex timxi persuna waħda u kien għalhekk li spjegat li impossibbli nistennew lill-poplu jimxi għad-destinazzjoni tiegħu, dan għaliex anqas infrastruttura urbana sikura ma għandna f’pajjiżna – għaliex in-nuqqas ta’ ippjanar fl-infrastruttura qed twassal f’biża’ u huwa għalhekk li l-poplu qed jiddependi fuq l-karozzi privati.

Attard Tonna tenniet illi l-importanza qed tingħata lill-karozzi, minflok lil transport li huwa alternattiv, fejn dawk li jagħmlu użu fosthom mir-roti, huma kklasifikati bħala ċittaddini tat-tieni klassi, dan kaġun ta’ nuqqas ta’ ippjanar fejn jidħol mezz ta’ trasport alternattiv.

Hija spjegat ukoll illi proġetti riċenti qed isarrfu fi problemi għal dawk li jagħmlu użu minn trasport alternattiv, fejn fakkret illi l-proġett propost għall-Msida se jwassal għal diffikultajiet kbar għal dawk li jużaw rota – dan għaliex flyovers u roti ma jmorrux flimkien. Fejn spjegat li għandna Gżira mdawwra bil-baħar, iżda minkejja dan, ma aħniex nagħmlu użu tad-dgħajjes kif suppost.

Michelle Attard Tonna għalqet billi tenniet li pajjiżna jixraqlu aħjar, anke fejn tidħol mobbiltà.