Lokali

Jingħata bidu għall-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista

Ftit tal-minuti ilu, għadu kif ingħata bidu għall-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista hekk kif resqin dejjem aktar lejn l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kif ukoll tal-Parlament Ewropew.

Matul dan il-Kunsill Ġenerali ser jitkellmu numru ta’ kelliema minn oqsma differenti tas-soċjetà. Dan filwaqt li se tiġi diskussa l-ħidma tal-Partit Nazzjonalista matul din l-aħħar sena. Il-Kunsill Ġenerali se jiġi fi tmiemu bid-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Intant, eżatt wara li jgħaddi l-Kunsill Ġenerali, se tkompli tirranka l-ħidma tal-PN lejn l-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju. Fil-fatt, fit-28 ta’ April se jkun hemm maratona ġbir ta’ fondi…u tliet ijiem wara, fl-1 ta’ Mejju, titnieda uffiċjalment il-kampanja tal-Partit Nazzjonalista. Din il-kampanja se twassal biex jiġu eletti s-sitt siġġijiet ta’ Malta fil-Parlament Ewropew, u l-Kunsilli Lokali kollha ta’ pajjiżna.