Formula 1 Sport

L-ebda sorpriża fil-Grand Prix taċ-Ċina b’Max Verstappen fl-ewwel post

(Ritatt: EPA)

Fil-Grand Prix taċ-Ċina Max Verstappen daħal fl-ewwel post b’distakk konvinċenti ta’ kważi 14-il sekonda fuq Lando Norris ta’ McLaren, li wara l-prestazzjoni tajba li kellu fil-kwalifikazzjoni. Sergio Perez kien l-aħħar sewwieq li daħal mal-ewwel tlieta.

Żewġ sewwieqa ta’ Ferrari, Charles Leclerc u Carlos Sainz okkupaw ir-raba’ u l-ħames post rispettivament, b’George Russell jidħol fis-sitt post.

Il-veteran Fernado Alonso ta’ Aston Martin daħal fis-seba’ post, segwit minn Oscar Piastri ta’ McLaren.

Tellieqa xejn sodisfaċenti għal Lewis Hamiton li daħal fid-disa’ post, b’ Nico Hukenberg ta’ Haas ikompli l-istaġun diċenti tiegħu meta daħal fl-10 post.