Futbol Sport

Mosta jdawru telfa f’rebħa kontra Hibernians u jżommu t-tama ta’ salvazzjoni ħajjin

(Ritratt: Trevor Sollars)

MOSTA……………………..3

HIBERNIANS…………….1

Mosta: D. Udoh Akpan, G. Chara Valois, D. Aneni Evans, H. Nwoga Chidera (S. Thomas 69’), A. Hovhannisyan, B. Dao, W. Britto Dagou, N. Agius, J. Scerri (P. Tenebe 46’), J. Vassallo, Z. Brincat.

Hibernians: H. Sacco, F. Apap, K. Shaw, L. Caruana, R. Bairam, J. Degabriele, A. De Souza Silva, C. Bonanni, M. Bagayoko (G. Artiles 17’), R. Antwi, H. Fernandes Alves.

Referee: Ishmael Barbara

Ass. Referees: Duncan Spenser u Mark Ciantar

Skorjaw:  De Souza Silva 7 ‘, G. Chara 37 ‘, S. Thomas 73 ‘, J.P. Farrugia 87’

Tkeċċa: Robert Bairam 75′ (H)

Imwissija: P. Tenebe 82′ (M)

BOV Plejer tal-Logħba: Shedrack Thomas (Mosta).

Mosta kisbu rebħa kruċjai ta’ 3-1 fuq Hibernians fil-mixja tagħhom biex jiġu savi Fil-kampjonat għal sena ohra.

Kienu Hibernians li fetħu l-iskor l-ewweL wara 7 minuti logħob meta De Souza Silza żmarka lil Antwi b’dan tal-aħħar jitwaqqa’ mill-goalkeeper Udoh u r-referee jsaffar penalty. Kien l-istesss De Souza li sab ix-xibka b’konklużjoni baxxa.

Il-gowl tad-draw għall-Mostin wasal fis-37 minuta meta Gustavo Chara xeħet ġewwa minn tarf il-kaxxa.

Fit-73 minuta Mosta kisbu r-rimonta tant importanti meta marru fil-vantaġġ permezz tas-sostitut Shedrack Thomas

Mosta għalqu l-logħba fis-87 minuta b’azzjoni ta’ kontrattakk mibdija minn Tenebe u mitmuma min Jean Paul Farrugia li skorja b’xutt mill-isbaħ fil-baxx.