Internazzjonali

Stati Uniti: Iweġġgħu waqt inċident fil-Universal Studios Hollywood… l-investigazzjoni tkompli

L-awtoritajiet f’Los Angeles County għadhom qed jinvestigaw inċident fis-sit tal-Universal Studios wara li tal-anqas 15 indarbu meta kraxxja t-tram li huma kienu qed jivvjaġġaw bih waqt tour fiz-zona.

Kelliema għall-awtoritajiet għall-emerġenzi qalu li l-inċident seħħ fiċ-ċentru tat-theme park u li l-passiġġieri tat-tram – magħmul minn erba’ vaguni – kienu ġarrbu feriti ħfief.

Jidher li l-inċident seħħ meta l-aħħar vagun tat-tram laqat railing waqt li kien nieżel minn fuq għolja li tifforma parti mit-theme park.

Ħafna turisti li jżuru l-Universal Studios Hollywood jużaw it-trams biex iduru mal-lokalità u meta t-tours tal-inħawi huma popolari ħafna.

Fl-aħħar sigħat ma kienx ċar kemm l-attivitajiet fil-park setgħu kienu affettwati mill-inċident u meta xejn ma kien għadu konkluż waqt l-investigazzjoni.

Il-Universal Studios Hollywood hu bbażat fiz-zona ta’ San Fernando Valley ta’ Los Angeles County, fl-Istat ta’ Kalifornja.