Ġuvni ta’ 18-il sena residenti r-Rabat, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident fit-trakka ta’ Ta’ Qali. L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li huwa tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’.
Huwa kien assistit minnufih minn tim mediku li kien prezenti fil-post u ttieħed l-isptar għal aktar assistenza permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>