Lokali

Żewġ persuni jweġġgħu wara ħabta bejn żewġ muturi f’Ħal-Luqa

Il-Ħadd għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Vjal l-Avjazzjoni, Ħal-Luqa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Suzuki misjuq minn raġel ta’ 36 sena residenti n-Naxxar u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 35 sena residenti Ta’ Xbiex.

Iż-żewġ sewwieqa ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard ir-raġel ta’ 36 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li x-xufier l-ieħor kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.