Lokali

Anzjan weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta bejn karozza u mutur fiż-Żejtun

Anzjan ta’ 69 sena weġġàa’ gravi wara li kien involut f’ħabta bejn karozza u mutur.

L-inċident seħħ it-Tnejn filgħodu għall-ħabta tas-7am fi Triq Anton Buttigieg, iż-Żejtun.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-anzjan residenti ż-Żejtun stess, u karozza misjuqa minn mara ta’ 35 sena residenti l-Mosta.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.