Sport

Cospicua Rangers jibqgħu jżommu l-konsistenza

Cospicua Rangers baqgħu fl-ewwel post tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball meta ftit sabu diffikultà sabiex għelbu lil Qormi Anici A 11-4. Huma qed igawdu żewġ punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali tagħhom Ħamrun 147 A li kellhom logħba pożittiva kontra Valletta Breakwater tant li rebħu 11-3.

Jojo’s Birżebbuġa telgħu fil-ħames post tal-klassifika wara li għelbu lil Qormi Anici B 11-3 barra minn darhom.

Fil-kampjonat reġjonali, iż-żewġ timijiet ta’ Ħamrun 147 jinsabu fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika. It-tim D għeleb lil Valletta Fossa Boys 11-8, filwaqt li t-tim C kiseb rebħa barra minn daru għand PL Balzan A 11-6. Mill-banda l-oħra, Selmun Bar A u Domus Kids Żejtun A temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 10-10.

Fi grupp A tal-Community League, il-leaders Qormi Anici D ġew miżmuma fi draw ta’ 10-10 minn Birkirkara Boċċi filwaqt li t-tim fit-tieni post, San Ġwann Tiki Taka A, approfittaw hekk kif għelbu lil PL Balzan B 11-2.

F’aktar logħbiet, Juve Birkirkara B u Mrieħel Billiard House kisbu rebħiet tajba kontra Selmun Bar C (11-4) u San Ġwann Nick’s B (11-8) rispettivament.

Finalment fi grupp B tal-Community League, San Ġwann Tiki Taka qed igawdu disa’ punti vantaġġ fuq Qormi Anici E wara li rebħu lil Selmun Bar B 11-7. L-istess Qormi Anici E sofrew telfa xejn mistennija kontra Taċ-Ċaċċu Qormi li rebħu dan id-derby 11-2.

Juve Birkirkara A għelbu lil Qormi Anici C 11-7 filwaqt li f’logħba bilanċjata, Valletta Fossa Boys B u Domus Kids Żejtun B spiċċaw fi draw ta’ 10-10.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI

Cospicua Rangers 22, Ħamrun 147 A 20, Valletta Breakwater 16, Ħamrun 147 B 14, Jojo’s Birżebbuġa 10, Qormi Anici A 9, San Ġwann Nick’s 7, Qormi Anici B 5.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI

Ħamrun 147 C 24, Ħamrun 147 D 13, Domus Kids Żejtun 12, Selmun Bar A 11 , Valletta Fossa Boys A 9, PL Balzan A 8, Każin Pinto Qormi A 7.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – GRUPP A

Qormi Anici D 28, San Ġwann Tiki Taka A 27, Birkirkara Boċċi 25, Juve Birkirkara B 18, Mrieħel Billiard 14, PL Balzan B 8, San Ġwann Nick’s B, Selmun Bar C 4.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – GRUPP B

San Ġwann Tiki Taka B 29, Qormi Anici E 20, Juve Birkirkara A 19, Valletta Fossa Boys B 17, Taċ-Ċaċċu 16 , Selmun Bar B 10, Qormi Anici C 7, Domus Kids Żejtun B 5.