Lokali Parlament

Id-deterjorazzjoni tal-kwalita tal-ħajja qed teffettwa s-saħħa mentali

Ritratt: Martin Agius


Ian Vassallo, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo qal fil-parlament li d-deterjorazzjoni tal-kwalita tal-ħajja qed teffettwa s-saħħa mentali.


Ian Vassallo tkellem dwar il-problema tal-ħsejjes u l-effetti fuq il-popolazzjoni, l-industrija tal-kostruzzjoni, it-traffiku, il-kwalità tal-ħajja, il-mod kif qed isir il-bini, is-sistemi ta’ panelli solari, l-ilma, l-ilma tat-tieni klassi, Wied Qlejgħa, il-wied bejn l-Imdina, ir-Rabat u l-Imtarfa, iż-żona ta’ Santa Katarina fir-Rabat u l-barreria qed tikber fiż-żona.


Id-deputat Nazzjonalista tkellem ukoll dwar il-bdiewa żgħażagħ u appella biex isir investiment biex il-bdiewa żgħażagħ ikunu jistgħu jixtru l-art tagħhom. Ħafna bdiewa qed isostnu li qed problema ta’ diskriminazzjoni meta jkunu importati l-prodotti.


Ian Vassallo tratta n-nuqqas ta’ ambjent organizzat li qed iwassal għal problemi fis-saħħa mentali u qal li Malta hi tagħmel xejn biex isoslvi l-prolemi ta’ ansjetà fost il-poplu. Fost dawn hemm il-problema tat-traffiku li qed teffetta s-saħħa mentali. Fil-pajjiż spiċċaw il-valuri u l-għoli tal-ħajja qed teffettwa negattivament il-kwalità tal-ħajja.


Il-bidla fil-klima wkoll qed teffettwa ħafna nies, sostna d-deputat Nazzjonalistà li kompla jżid il-problemi soċjali qed inżidu l-kriminalità. Dwar it-tniġġiż hu qal li Malta tinsab fil-50 post fost 150 pajjiż fejn hemm livelli ogħla ta’ tniġġiż minn dak aċċettat.


Hu tkellem dwar il-kwalità ta’ ċertu djar li mhumiex ta’ livell u sostna li n-nuqqas ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku li seħħ fl-aħħar sajf qed iwassal biex in-nies qed tgħix f’tensjoni minħabba li ma jafux jekk hux se jerġgħu jispiċaw bla dawl.