Lokali Parlament

Il-Ministru Michael Falzon irid jassumi r-responsabbiltà għall-iskandlu tal-benefiċċji soċjali


Beppe Fenech Adami, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal fil-parlament li l-Ministru Michael Falzon jrid jassumi r-responsabbiltà għall-iskandlu tal-benefiċċji soċjali.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern qed jitkellem fuq żvilupp sostenibbli u qed jgħid li dan l-iżvilupp għandu jġib il-ġustizzja soċjali. Propju waqt li kien qed jinkiteb dan ir-rapport, kien qed jinħadem l-ikbar skandlu ta’ benefiċċji soċjali għall-persuni b’diżabbiltà severa li fih insterqu iktar minn €5 miljuni. Il-Ministru Michael Falzon għandu jispjega kif ma kienx jaf li fil-ministeru tiegħu ma kienx jaf li kien għaddej dan il-każ.


Beppe Fenech Adami fakkar kif il-Ministru Falzon kien għamel mozzjoni, fi żmien gvern Nazzjonalista, biex jirriżenja Carm Mifsud Bonnici minn ministru għax instersaq sellum mill-ħabs iżda llum ma jridx jirriżenja meta hemm dan il-każ kbir fil-ministeru tiegħu.


Aktar u aktar meta issa hu stabblit li hemm invouti nies fl-istess ministeru. Xi ħadd irid iwieġeb kif f’dan il-każ hemm involuti persons of trust fil-Ministeru ta’ Michael Falzon u x-xufier li kellu Andy Ellul. Dan hu pajjiż li l-gvern herrielu anki l-qasam soċjali.


Beppe Fenech Adami kkritika l-fatt li l-parlament qed jiddiskuti rapport dwar l-iżvilupp sostenibbli tal-2022 u qal li mhux sew li l-parlament jiġi trattat b’dan il-mod. Ir-rapport fih ħafna kliem sabiħ u messaġġi ta’ viżjoni iżda hu ‘l bogħod mir-realtà tal-kwalità tal-ħajja tan-nies. Fost dawn hemm il-probelma tal-kwalità tal-arja li hi mniġġsa bid-doppju ta’ dak li tistabilixxi l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li din is-sitwazzjoni tikkawża diversi mard fosthom il-cancer u mard ieħor tal-qalb u li tpoġġi lil Malta f’sitwazzjoni li mhijiex aċettabbli. Malta għandha tkun l-aħjar fil-kwalità tal-arja u mhuwiex aċċettabbli li din is-sitwazzjoni tkun aċċettabbli hawn pajjiżi li huma agħar minn Malta.


Hu tkellem dwar l-industrija tal-kostruzzjoni u qal li nhar is-Sibt li għadda reġa’ miet persuna oħra, Albaniż, f’sit ta’ kostruzzjoni. Dan mhux żvilupp sostenibbli, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li l-pajjiż għadda minn trawma fil-mewt ta’ Jean Paul Sofia. Kien il-PN li ppropona li l-parlament ikollu aġġornamenti kontinwi dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika.


Iżda flok il-gvern qed jagħti din l-informazzjoni, il-pajjiż għandu mewt oħra. F’sentejn bejn l-2022 u l-2023, kien hawn 20 fatalità fuq il-post tax-xogħol; 20 persuna li mietu.


Il-pajjiż kellu mewt kull ħares ġimgħa fuq il-post tax-xogħol. Minbarra dan, fl-aħħar sitt xhur tal-2023 kien hemm 1,127 inċident fuq il-post tax-xogħol. Quddiem dan kollu, kollox isir sekondarju għaliex jidher ċar li l-pajjiż mhux joħloq żvilupp sostenibbli.


Dwar l-ambjent, Beppe Fenech Adami qal li ż-żgħażagħ qed jappellaw biex l-ambjent ikun salvat u biex il-ġungla tal-konkos tieqaf. Hu appella biex il-politiċi jitgħallmu mill-iżbalji, uħud minnhom apposta li saru u li ġabu lill-pajjiż inabitabbli. Iż-żgħażagħ qed jappellaw biex il-pajjiż ma jibqax jeqred is-siġar kif sar fl-aħħar snin. Il-gvern għandu jibqa’ jagħmel proġetti iżda għandu jissalvagwardja l-ambjent.


Hu ikkritika l-proġett tat-triq lejn Marsalforn li l-gvern se jagħmel f’Għawdex li fih se jitqattċu mijiet ta’ siġar iżda l-ministru responsabbli ma jridx ibiddel il-pożizzjoni dwr is-siġar għaliex qed jgħid li hemm il-permessi meħtieġa. Il-gvern għandu jpoġġi l-ambjent bħala prijorità, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li l-iktar minn 50% tal-multi ambjentali li ħarġet l-ERA kienu lil entitajiet tal-gvern stess.


Fil-pajjiż hawn 450,000 karozza liċenzjata, sostna Beppe Fenech Adami, li qal li din hi realtà li jeħtieġ tkun indirizzata flimkien ma’ inċentivi biex in-nies jużaw ir-rota. Ir-realtà hi li l-bankini huma kollha mkissrin u mhumiex tajbin biex jimxu fuqhom in-nies, partikolarment l-anzjani. Il-pajjiż nefaq €700 miljun fi proġetti tat-toroq iżda l-problemi xorta baqgħu u kibru.


Il-pajjiż għandu bżonn ta’ pjan għall-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiż; iżda l-ewwel il-gvern jrid jaċċetta u jifhem ir-realtà kif inhi, sostna Beppe Fenech Adami.