Futbol Sport

Inter jirbħu l-20 kampjonat fl-istorja

(Ritratt: EPA)

Fid-Derby kontra Milan, Inter aċċertaw mir-rebħ tal-20 kampjonat fl-istorja meta kisbu rebħa ta’ 2-1. Kienu Inter li fetħu vantaġġ doppju fil-partita b’gowl minn Francesco Acerbi fl-ewwel taqsima u Marcus Thuram fit-tieni taqsima, b’Fikayo Tomori jnaqqas l-iskor f’nofs it-tieni taqsima.

Lejn it-tmiem Milan sfaw jilagħbu b’disa’ plejers filwaqt li Inter sfaw jilagħbu b’għaxra wara li tkeċċew Davide Calabria, Theo Hernandez u Denzel Dumfries.

Din kienet l-ewwel darba li Inter irnexxielhom jirbħu l-kampjonat f’derby, b’ħames partiti minn tmiem il-kampjonat.

Intant f’partita oħra, Bologna komplew isaħħu t-tamiet tagħhom li jtemmu mal-ewwel erba’ timijiet fis-Serie A meta f’konfront dirett għelbu lil Roma 3-1. Oussama El Azzouzi u Joshua Zirkzee poġġew lil Bologna 2-0 fil-vantaġġ qabel ma’ Sardar Azmoun naqqas l-iskor għal Roma. Bologna għalqu l-partita b’gowl ta’ Alexis Saelemaekers.