Sport

Manchester United fil-finali tal-FA Cup

Coventry City 3 Manchester Utd. 3 (Manchester għaddew 4 – 2 wara l-għoti tal-penalties)

Partita mill-isbaħ fit-tieni semifinali f’Wembley bl-unuri tal-ġurnata għal mod kif Coventry, minn 3 – 0 minn taħt, kisbu d-draw f’temp ta’ 20 minuta, u gowl mhux konvalidat għalihom fil-ħin barrani b’Manchester United jgħaddu għall-finali bl-għoti tal-penalties.

Fit-23 minuta minn azzjoni ta’ Diogo Dalot kien SCOTT MC TOMINAY li għeleb fil-baxx lil Bradley Collins. Fil-45 minuta kien HARRY MAGUIRE li bir-ras minn cross ta’ Fernandes, għeleb lil Collins għat 2 – 0 .

L-iskor sar 3 – 0 fit-58 minuta wara li BRUNO FERNANDES skorja fil-baxx. Bdiet ir-rimonta minn Coventry li fil-71 minuta, minn azzjoni ta’ Fabio Tavares kien ELLIS SIMMS li għeleb lil Onana. Tmien minuti wara xutt ta’ CALLUM O’HARE kien imxellef minn Van Bissaka, b’Onana megħlub. 3 – 2 . Fil-ħames minuta ta’ ħin miżjud, Aaron Van Bissaka deher li laqat b’idu, Robert Jones saffar penalty b’HAJI WRIGHT jegħleb lil Andre Onana għal 3 – 3 bil-partita tmur fil-ħin barrani.

Fil-120 minuta, gowl ta’ Victor Torp għal Coventry ma kienx ikkonvalidat bil-VAR fuq offisde fl-azzjoni ta’ qabel il-gowl.

Fil-penalties għal Manchester United l-ewwel penalty ta’ Casemiro kien salvat minn Collins . Skorjaw Diego Dalot , Christian Eriksen, Bruno Fernandes u Rasmus Hojlund.

Għal Coventry skorjaw Haji Wright u Victor Torp. Callum o’Hare kellu l-penalty salvat minn Onana filwaqt li Ben Sheaf xeħet barra. Manches United fil-finali 4 – 2 bil-penalties.