Lokali Parlament

Jeħtieġ bilanċ bejn l-iżvilupp sostenibbli u l-protezzjoni tal-wirt storiku


Julie Zahra, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Julie Zahra sostniet fil-parlament li jeħtieġ bilanċ bejn l-iżvilupp sostenibbli u l-protezzjoni tal-wirt storiku.


Julie Zahra tkellmet dwar l-importanza tar-restawr, tal-mużewijiet u t-tagħlim tal-istudenti. Hi qalet li l-mużewijiet ftit qed joffru esperjenza għat-tfal.


Id-deputat Nazzjonalsta qalet li l-gvern għandu joħloq l-istrateġiji għal dawn l-esperjenza fil-mużewijiet flimkien mal-entitajiet involuti. Hi trattat il-protezzjoni tal-wirt storiku u qalet li l-wirt storiku m’għandux jitħalla jintilef. Il-gvern qed jonqos li jipproteġi ċertu siti bħall-batterija fil-Qbajjar f’Għawdex.


Julie Zahra sostniet li jeħtieġ jinħoloq bilanċ bejn l-interess tal-iżvilupp u l-protezzjoni tal-wirt storiku waqt li l-entitajiet governattivi u s-Sovratendenza jimxu b’mod ġust. Dan filwaqt li l-identità tal-villaġġi għandha tkun konservata.


Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-importanza tal-estetika, il-valur kulturali u l-ħtieġa ta’ investiment f’siti ta’ rikonxximent dinji.


Dwar l-industrija tal-films, Julie Zahra trattat l-importanza ta’ din l-industrija u qalet li l-gvern ħareġ b’żewġ studji iżda ċ-ċifri huma biss estimi u magħmulha biss biex il-Kummissarju tal-Films jgħid kemm din l-industrija sejra tajjeb. Hi kritikat il-fatt li l-gvern mhux iwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari u oħrajn u sostniet li dan is-settur qed jitmexxa b’nuqqas ta’ trasparaenza. Jeħtieġ ikun speċifikat kemm verament din l-industrija qed tiġġenera dħul għall-ekonomija.