Għawdex Lokali Mużika

Kunċert bl-arpa f’Għawdex


Il-Fondazzjoni Kulturali JP2 qed tilqa’ Arpista Maltija-Taljana, Marianna Magnatta, minn Foggia fl-Italja, li ggradwat fit-28 ta’ Marzu 2024 mill-Konservatorio di Musica “E.R. Duni” ta’ Matera l-Italja.

Il-Fondazzjoni Kulturali JP2 qed torganizza dan il-kunċert ta’ debutt fil-Kappella tal-Madonna ta’ Lourdes fl-Imġarr, Għawdex. Apparti numru ta’ siltiet mużikali li ser jindaqqu fuq l-arpa minn Maraianna, ser iddoqq ukoll l-Etude Impromptu op. 37 ta’ Luigi M. Tedeschi, u Impromptu op.13 ta’ Edmund Schuëcker.

Il-kunċert tad-debutt se jsir nhar l-Erbgħa 24 ta’ April 2024, u jibda fit-8pm. Il-Fondazzjoni Kulturali JP2 qed tikkollabora bis-sħiħ mal-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem biex ittella’ dan il-kunċert.

Minħabba li l-kappella għandha numru żgħir ħafna ta’ siġġijiet, dawk li beħsiebhom jattendu għandhom jibbukkjaw fuq 99441076.