Lokali

L-Awtorità tax-Xandir tibqa’ tinsisti li tiċċensura lill-President tal-Parlament Ewropew – PN

L-Awtorità tax-Xandir qed tiċċensura l-ħidma tal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola sempliċiment għax hi ta’ theddida għall-Partit Laburista għall-elezzjonijiet ta’ Ġunju li ġej.

Filwaqt li l-Awtorità tax-Xandir qalet li d-direttivi li tat kienu biss biex iżommu din il-level playing field, l-istess Awtorità tonqos li tapplika kejl identiku fil-konfront tal-Ministri u l-Gvern fi żmien l-elezzjonijiet.

Minflok tipprova tiddefendi l-indifensibbli, l-Awtorità tax-Xandir għandha immedjatament tirtira d-direttiva tagħha, kif anke ġiet mitluba tagħmel mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew.