Futbol Sport

Nadur Youngsters jirbħu l-GFL għar-raba’ staġun konsekuttiv

(Ritratt: Anaca Photography)

Nadur Youngsters ġew inkuranti champions tal-Gozo Football League għar-raba’ staġun konsekuttiv u għal 15-il darba fl-istorja.

Nadur rebħu l-kampjonat fl-istaġuni 2019-20, 2021-22, 2022-23 u 2023-24, bl-istaġun 2020-21 ma jintlagħabx minħabba l-pandemija COVID-19.

F’kampjonat mimli sfidi Nadur komplew id-dominju tagħhom fil-kampjonat għawdxi hekk kif temmew b’47 punt wara 21 partita, żewġ punti iktar minn Qala Saints fit-tieni post.

Matul l-istaġun it-tim immexxi mill-kowċ Elton Vella rebaħ 14-il logħba u tilef biss 2, bil-bqija tal-partiti jintemmu fi draw.

Dan huwa l-ewwel kampjonat mirbuħ taħt il-Presidenża ta’ Dr. Chris Said li ilu fil-kariga mill-2023.

L-istaġun tal-Youngsters għadu ma ntemmx hekk kif se jerġgħu jkunu fl-azzjoni l-Erbgħa fis- semi finali tal- GFA Cup kontra Xewkija Tigers.

(Ritratt: Anaca Photography)