Fi tmiem il-ġimgħa, il-Belt Valletta laqgħet fiha l-parata annwali tal-gruppi tal-iscouts u l-girl guides; parata li ssir dejjem f’April.
Il-parata tal-Ħadd immarcjat minn quddiem il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, li kienet preżenti quddiem il-Palazz għal din l-okkażjoni.
F’dan ir-rally annwali ħadu sehem madwar 5,000 girl guide u scouts; bit-tfal u ż-żgħażagħ ta’ Għawdex imexxu din il-parata li għaddiet mid-daħla tal-Belt tul Triq ir-Repubblika.
B’kollox kien hemm total ta’ 50 grupp differenti.
Sean Bartolo, Events Commissioner, stqarr ma’ Net News “kemm hu sabih u sodisfazzjon kbir li tara eluf ta’ tfal, zghazagh u voluntiera maqghudin kollha bhala familja wahda. Flimkien zewwaqalna l-belt, b’kuluri ta’ mkattar differenti – wirja spettakolari ta’ Scouts u Guides! Grazzi lil kull min ta’ sehmu biex din l-attivita annwali tkun success.”
Intant, il-leaders ta’ kull lokalità mmarċjaw bil-viztu ma’ idejhom wara t-telfa tal-Beaver Leader Leanne Schembri – li kienet membru tal-grupp tal-Iscouts tar-Rabat.
//= $special ?>