Lokali

Pubblikati r-Reġistri Elettorali għall-elezzjonijiet ta’ Ġunju

Il-Kummissjoni Elettorali tinforma lil kulħadd li għadhom kemm ġew ippubblikati r-Reġistri Elettorali riveduti għall-Elezzjonijiet Ġenerali, għall-Kunsilli Lokali u għall-Unjoni Ewropea fil-Gazzetta tal-Gvern tal-20 ta’ April, 2024.  Kull min kellu l-kwalifiki meħtieġa biex ikun reġistrat bħala votant skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354), u/jew skont l-Att dwar il-Gvern Lokali (Kap. 363) u/jew skont l-Att dwar l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew (Kap. 467), sad-data tal-għeluq, il-15 ta’ April, 2024, u ismu ma ġiex inkluż fir-Reġistru rispettiv u kull votant li ismu, l-indirizz jew xi partikolaritajiet tiegħu mhumiex murija b’mod korrett, għandu, skont l-artikolu 39 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, sa nhar is-Sibt il-11 ta’ Mejju, 2024, sabiex jagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur biex ismu jiġi inkluż jew issirlu korrezzjoni fil-partikolaritajiet tiegħu fir-reġistru elettorali rispettiv.