Lokali

SKANDLU LIĊENZJI: Abela jgħid li Ray Mizzi kien qed jagħmel xogħol mistenni minnu

Robert Abela joħroġ għonqu għas-CEO tal-Wasteserv

Hekk kif it-Tnejn filg]odu, wara business breakfast organizzat mill-Partit Laburista, Robert Abela insista li kulħadd għandu jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu, Net News saqsa lill-Prim Ministru jekk għandux fiduċja fil-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Richard Bilocca – domanda li saret fl-ambitu tal-fatt illi dokumenti żvelati wrew kif il-Maġistrat Elaine Rizzo sabet li għandu jitressaq il-Qorti akkużat li b’nuqqas ta’ ħila, jew bi traskuraġni wassal għall-mewt ta’ Joseph Ellul f’Mejju tal-2022. 

Madanakollu għal Abela dan mhuwa xejn ħlief attakk personali. Insista li huwa kuntent bil-ħidma ta’ Bilocca.

It-Tnejn filgħodu Mizzi kien preżenti għall-business breakfast tal-Labour

Jattendi għal din il-konferenza tal-Labour kien hemm wieħed mill-persuni implikati fir-racket tal-liċenzji tas-sewqan, Ray Mizzi – eks uffiċjal tal-Customer Care fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u persuna prominenti ferm fil-Labour.

Chats żvelati mill-ġurnal Times of Malta kienu wrew li Mizzi allegatament għadda aktar minn 30 isem bejn l-2018 u l-2021; biex dawn jgħaddu mill-eżami tas-sewqan. Chats illi kixfu l-korruzzjoni sistematika li matul dawn l-aħħar snin kienet koordinata mill-Gvern tal-Labour b’rabta mal-eżamijiet tal-liċenzji tas-sewqan. Chats li fihom fost oħrajn Mizzi kien jgħaddi l-ismijiet ta’ xi persuni lil Clint Mansueto biex jakkwistaw il-vot tagħhom – b’uħud miċ-chats jinkludu wkoll il-frażi “Viva l-Labour!”

Dan kollu seħħ bil-barka totali ta’ Robert Abela hekk kif hu stess saħaq li Mizzi kien qed jagħmel ix-xogħol li kien responsabbli minnu.

Kien hemm istanti fejn Ray Mizzi ħeġġeġ lil Mansueto biex ma jaqdix lil xi nies, għax mhux Laburisti bil-messaġġ jaqra: Injorah sieħbi. Jien l-anqas naf jekk tistax tirrangalu peress li tal-mutur. Ghedt forsi tkun taf lil xi hadd. No worries, aktar u aktar xaktarx li huwa kontra. F’**xx kemm ghandu.

Hemm uża kliem baxx fil-konfront tal-persuna… dan kollu għax ma kellux idea x’kulur politiku jħaddan.

Mansueto jirrispondih: KING INT u Mizzi jwieġbu, ommu magħna biss.

Iżda skont Abela li sempliċiment tistaqsi dwar Mizzi tkun qed tiddemonizzah.

Intant ġurnalisti preżenti staqsew lil Abela jekk id-deputat indipendenti Rosianne Cutajar għamlitx apoloġija biex tiddaħħal lura mal-Labour. Abela jagħti x’jifhem li Cutajar lanqas biss kelmitu.

Dan kollu filwaqt li l-Prim Minsitru ħassu skomdu immens iwieġeb dwar l-iskandlu tal-benefiċċji soċjali hekk kif ħarab milli jirrispondi dwar min kien ta l-ordnijiet lill-bord mediku biex jirrivedi d-deċiżjonijijet meħuda dwar il-benefiċċji.

Fl-aħħar jiem, l-eks xufier tad-deputat Laburista Andy Ellul, Roger Agius, staqsa lill-Ministru Michael Falzon min kien l-individwu li kien jagħti dawn it-tip ta’ ordnijiet…b’Falzon u Abela s’issa ma lissnux kelma waħda.