Sport Sport Ieħor

Volleyball Kampjonat Super League: Flyers b’rebħa komda fuq Paola Executive Security

Il-Ħadd filgħaxija fil-gym tal-Kulleġġ De La Salle, fil-Kottonera, saret logħba waħda biss mill-kampjonat Super League. Din kienet l-uniku partita f’dan it-tmiem il-ġimgħa.

Hawnhekk, Flyers rebħu lil Paola bl-iskor ta’ 3-0 (25-19, 26-24 u 25-21). B’dan ir-riżultat it-tim minn Raħal Ġdid baqa’ ankrat fl-aħħar post tal-klassifika. Il-kampjonati Nazzjonali organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball ikompli fi tmiem il-ġimgħa li ġej.