Il-kantant ta’ 21 sena Bradley DeBono huwa fost 70 artist internazzjonali li ntagħżlu minn fost 1,500 artist ieħor biex jikkompetu fil-kompetizzjoni Premio Beatrice Giovani li se jsir f’Verona fl-Italja nhar il-Ġimgħa 26 ta’ April.
Il-ġurija internazzjonali f’din il-kompetizzjoni tinkludi lil Michele Torpedine, il-manager ta’ Il Volo kif ukoll rappreżentanti minn programmi popolari bħal Amici u The Voice Italy kif ukoll numru ta’ producers Taljani bħal Francesco Diavoli u Antonio Lichetta.
//= $special ?>