Lokali

Edizzjoni oħra taż-Żabbar Autofest nhar il-Ħadd li ġej

Żabbar ‘Autofest’, magħruf bħala Żabbar ‘Car and Bike Show’, se jkun qed jerġa’ jittella’ nhar il-Ħadd 28 ta’ April b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Din l-attività, li tlaqqa’ numru ta’ delettanti tal-karozzi u l-muturi sabiex mhux biss jipparteċipaw f’din l-attività imma anke jattendu sabiex japprezzaw diversi karozzi u muturi bil-għan li jinġabru l-flus b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Intant, sa issa, min hu interessat għadu fiċ-ċans illi jixtri l-biljetti sabiex jipparteċipa bil-karozza tiegħu stess.