Sport

Floriana Ajax Premier Cars jibqgħu jżommu t-titlu ta’ champions tad-darts

Floriana Ajax Premier Cars huma ċ-champions tal-Ewwel Diviżjoni tad-Darts wara li għelbu lil Sliema Lounge A 6-2. B’hekk il-Furjaniżi baqgħu jżommu t-titlu li rebħu fl-istaġun li għadda.

F’aktar logħbiet, Żejtun Laċċi Gold Lady għelbu lil Birżebbuġa Lions 6-2 filwaqt li PO’s Bar u Ħamrun Bayern A kisbu rebħiet identiċi ta’ 5-3 kontra Ħamrun Bayern B u Floriana Ajax MCP rispettivament.

Fit-tieni diviżjoni, Birgu Boċċi Club A ġew ikkonfermati bħala ċ-champions wara rebħa tajba ta’ Leah’s A bl-iskor ta’ 6-2.

Anke Beland Żejtun u Domus Żejtun kisbu rebħiet identiċi ta’ 5-3 kontra Top Gun u Duke’s rispettivament.

Mill-banda l-oħra, Cox Bar kisbu rebħa kbira ta’ 8-0 kontra Żebbuġ Rangers DT.

Leah’s Bar B kienu dikjarati bħala ċ-champions tat-tielet diviżjoni wara d-draw ta’ 4-4 kontra t-tim fit-tieni post Żejtun Laċċi Maypole.

Birgu B, Nicolo Isouard u Tal-Ġilju kisbu rebħiet simili ta’ 7-1 kontra Domus Ladies, Sliema Lounge B u Munchies rispettivament.

KLASSIFIKA – MDA L-EWWEL DIVIŻJONI

Floriana Ajax Premier Cars A 51, Żejtun Laċċi A 45, Ħamrun Bayern A 44, Birżebbuġa Lions 40, Floriana Ajax MCP 17, Sliema Lounge A 16, Ħamrun Bayern B, PO’s Bar 6.

KLASSIFIKA – MDA IT-TIENI DIVIŻJONI

Birgu Boċċi Club A 56, Domus Men’s 48, Duke’s Bar 45, Top Gun 26, Cox Bar 25, Beland Żejtun 20 Żebbuġ Rangers DT 8, Leah’s Bar A 4.

KLASSIFIKA – MDA IT-TIELET DIVIŻJONI

Leah’s Bar B 59, Żejtun Laċċi Maypole 53, Birgu Boċċi Club B 43, Mqabba tal-Ġilju 36 , Nicolo Isouard 28, Munchies Bar 25, Tal-Balklor Senglea 21, Sliema Lounge B 9, Domus Ladies 8.