Lokali

Għada se tingħata s-sentenza fil-każ li Norman Vella fetaħ quddiem il-Kummissjoni tal-Impjiegi 

Għaddew kważi ħdax-il sena minn meta Muscat kaxkar lil Norman ‘il barra mill-PBS biex mingħalih isikktu. Kissirlu karriera ta’ suċċess li kien bena b’tant ħila u sagrifiċċji sempliċiment għax Vella urih biċ-ċar li hu mhux għall-bejgħ.

Issa, wara dawn is-snin kollha, għada se tingħata s-sentenza fil-każ li Norman Vella fetaħ quddiem il-Kummissjoni tal-Impjiegi kontra Joseph Muscat u sieħbu Mario Cutajar.

Kien il-PN li mill-bidu nett kien spalla ma’ spalla ma’ Norman Vella biex issir ġustizzja f’dan il-każ.

Intant, fuq il-media soċjali, in-nutar Robert Aquilina stqarr li kulħadd jiftakar kif Norman Vella ħareġ għonqu għall-kawża tagħhom, speċjalment bid-diskorsi mqanqla tiegħu quddiem il-Qorti u quddiem Kastilja. “Dan għamlu b’kuraġġ kbir, minkejja t-theddid kontinwu u r-riskju personali,” saħaq Aquilina.