Numru ta’ Pulizija u membri tas-CPD issejħu fi Triq Rudolph f’Tas-Sliema lbieraħ filgħaxija wara li dehru dħaħen ħerġin minn residenza.
Il-każ seħħ ftit qabel id-9pm.
Net News jinsab infurmat li d-dħaħen żviluppaw minn borma li tħalliet fuq in-nar.
Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
Għal xi ħin, it-triq kienet magħluqa għat-traffiku.
//= $special ?>