Lokali

Ħadd ma weġġa’ wara li dehru dħaħen minn residenza f’Tas-Sliema

Numru ta’ Pulizija u membri tas-CPD issejħu fi Triq Rudolph f’Tas-Sliema lbieraħ filgħaxija wara li dehru dħaħen ħerġin minn residenza.

Il-każ seħħ ftit qabel id-9pm.

Net News jinsab infurmat li d-dħaħen żviluppaw minn borma li tħalliet fuq in-nar.

Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Għal xi ħin, it-triq kienet magħluqa għat-traffiku.