- Luciano Zauri, kowċ Ħamrun Spartans FC
‘Kellna logħba tajba ħafna b’mod partikolari fl-ewwel taqsima. Dan minkejja n-nuqqas ta’ players importanti.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Luciano Zauri wara li t-tim tiegħu ħa l-kmand tal-klassifika meta fadal żewġ logħbiet għal tmiem il-kampjonat. Huwa kompla hekk: ‘Min lagħab kien eċċellenti wkoll. Fadal issa żewġ logħbiet fejn irridu nkomplu nirbħu sabiex nirbħu l-kampjonat. Ser tkun il-logħba tas-sena bejn l-aqwa żewġ timijiet dan l-istaġun fil-futbol lokali.’
‘Konna nafu li din ser tkun logħba iebsa’
- Mauro Camoranesi, kowċ Floriana FC
‘Kienet partita li stennejna li ser tkun iebsa u hekk irriżultat’. Kliem il-kowċ ta’ Floriana Mauro Camoranesi wara t-telfa li t-tim tiegħu sofra kontra Marsaxlokk bl-iskor ta’ 1-0. L-eks player tat-tim nazzjonali Taljan kompla hekk. ‘ Nuqqas tagħna li ma sibnix il-gowl u ta’ dan ġejna kastigati. Imma fil-klassifika prattikament ma’ nbidel xejn. Dan peress li hemm il-konfront dirett ta’ nhar is-Sibt li ġej. Irridu nħarsu ‘l quddiem għal din il-partita tas-sena biex nippruvaw nilħqu l-objettiv tagħna.’

| KLASSIFIKA | L | PTI |
| ĦAMRUN SPARTANS | 24 | 58 |
| FLORIANA | 24 | 57 |
| SLIEMA WANDERERS | 24 | 44 |
| MARSAXLOKK | 24 | 40 |
| HIBERNIANS | 24 | 34 |
| BIRKIRKARA | 24 | 34 |
| NAXXAR LIONS | 24 | 32 |
| GŻIRA UNITED | 24 | 30 |
| BALZAN | 24 | 30 |
| MOSTA | 24 | 27 |
| SANTA LUCIA | 24 | 26 |
| VALLETTA | 24 | 24 |
| SIRENS * | 24 | 15 |
| GUDJA UNITED * | 24 | 6 |
| L-AQWA SKORERS | GOWLS |
| Luke Montebello (Ħamrun S.) | 21 |
| Kemar Reid (Floriana) | 13 |
| Yuri Messias (Marsaxlokk) | 13 |
| Uros Djuranovic (Ħamrun S.) | 11 |
| Andrei Cioalcu (Birkirkara) | 10 |
| Pablo Augusto Servo (Naxxar L.) | 9 |
| Sunday Akinbule (Marsaxlokk) | 9 |
| Jurgen Degabriele (Hibernians) | 8 |
| Willis Furtado (Floriana) | 8 |
| Federico Falcone (Valletta) | 7 |
IN-NAZZJON TIM TAL-ĠIMGĦA
Goalkeeper: Matthew Calleja Cremona (Marsaxlokk)
Difensuri: Goncalo Braganca (Valletta), Duane Bonnici (Marsaxlokk), Victor Filho (Valletta)
Midfielders: Ognjen Bjelicic (Ħamrun), Weder Soares da Silva (Marsaxlokk), Shedrack Thomas (Mosta), Paul Mbong (Birkirkara)
Attakkanti: Degran Jackson (Sirens), Geoffey Acheampong (Sliema), Luke Montebello (Ħamrun)
LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 27 ta’ April, 2024
Stadium Nazzjonali
3.00pm Floriana vs Ħamrun S.
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Gudja Utd. vs Sliema W.
4.15pm Hibernians vs M’Xlokk
Il-Ħadd 28 ta’ April , 2024
Stadium Nazzjonali
2.00pm Naxxar L. vs Valletta
4.15pm B’Kara vs Sirens
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Balzan vs Mosta
4.15pm Sta Lucia vs Gżira Utd.
//= $special ?>

