Lokali

Il-vittma li miet f’Tas-Sliema f’sit ta’ kostruzzjoni kien ilu biss sentejn f’pajjiżna

Is-sit Newsbook żvela fl-aħħar sigħat li l-Albaniż li tilef ħajtu wara li ntradam taħt saqaf ta’ dar f’Tas-Sliema huwa Bari Balla.

Il-vittma, li kien ilu Malta sentejn biss, huwa missier ta’ sitt itfal. L-iżgħar tifel tiegħu għandu12-il sena.

L-Albaniż Bari Balla kellu 51 sena.

Ir-raġel miet fit-traġedja li seħħet fi Triq Sant Injazju, f’Tas-Sliema. Raġel ieħor ta’ 31 sena, li jiġi ħaten il-vittma, ġarrab ġrieħi ħfief fl-istess inċident.

Ix-xogħol f’dan is-sit kien qed isir bla permess.