Għejjejt nistenna li jieqfu jinvadewli dari! Ma kellix alternattiva ħlief li nitkellem!”
Hekk stqaret Christine Amaira wara li f’temp ta’ tliet xhur daħlulha fid-dar tagħha tliet darbiet, tant li kellha titlaq mir-residenza tagħha stess.
F’kummenti lil Net News l-eks ġurnalista spjegat li f’Jannar kellha suspett li xi ħadd kien daħal fid-dar tagħha u ħadilha ammont ta’ flus cash. U eventwalment ikkonfermat li xi ħadd kien daħal meta sabet il-bieb tat-terazzin miftuh.
Kien f’dan il-mument meta tkelmet mal-ġirien tagħha, u saret taf li nies fl-istess blokka kienu daħlulhom
Il-persuni li daħlu f’darha u fid-djar ġirien tagħha kienu armati bis-skieken u serqu jew pruvaw jisirqu flus kontanti biss; hekk kif oġġetti oħra ta’ valur għoli ma nsterqux.
Eventwalment hi ma kelliex għażla oħra ħlief li tagħmel il-kameras tas-sigurtà, li grazzi għalihom saret taf li persuna pruvat tidħol fid-dar tagħha – pero meta waslu il-Pulizija sabu li ma kien hemm xejn nieqes hekk kif min kien prova jisraqha ma rnexxilux jidħol u eventwalment daħal jisraq lil ġar tagħha.
Dawn il-persuni kienu qed jidħlu, jisirqu u jheddu lil min jinzerta fil-post. Tant li eventwalment kellha toħroġ minn dan l-appartament…. għax ma felħitx li tibqa’ torqod f’darha, u kienet qed taqbada ħafna ansjeta.
Għalkemm hi kellha l-possibiltà li tmur mill-ġdid tgħix mal-ġenituri tagħha spjegatilna li l-ġirien ma għandhomx din l-għażla … u għalhekk se jkollhom jibqgħu jgħixu fil-biża.
//= $special ?>