Ekonomija Lokali

“Iva, qed tiżdied l-inflazzjoni wara l-pandemija tal-Covid”

Il-prezzijiet qed jiżdiedu minħabba l-Covid u minħabba l-kunflitt internazzjonali.

Hekk iddikjarat il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard meta lbieraħ kienet mistiedna fuq il-programm ta’ propaganda li jmexxi Karl Stagno Navarra fuq is-Super One – programm illi matulu l-esponenti tal-Labour kellhom bilfors jammettu li qed tiżdied l-għoli tal-ħajja. Dan meta l-Mexxej tagħhom, Robert Abela, qed jgħid eżattament l-oppost. Anzi, qed juża d-diskorsi tal-Ħadd biex jiftaħar kemm naqset l-inflazzjoni.

Iżda t-Tnejn filgħaxija, fuq l-istazzjon Laburista, Attard spiċċat ħarbitilha din il-kelma: li “iva” qed tiżdied l-għoli tal-ħajja. Bil-President tal-Labour twaħħal fil-pandemija.