Lokali

“Kemm idum Ministru Michael Falzon ma jkollniex problemi”

“Kont lest li nikxef kif fl-2019 Uffiċjal Pubbliku fil-Ministeru tas-Sigurtà Soċjali tani burner phone biex permezz tiegħu biss isiru telefonati dwar l-applikazzjonijiet abbażi ta’ ċertifikati frawdalenti.”

“Kont lest nikxef kif dan l-uffiċjal pubbliku kien jirranga l-kompożizzjoni tal-Bord Mediku biex ikun iggarantit li dawk li jkunu referuti jgħaddu.”

“Kont lest nikxef kif dan l-istess uffiċjal kien qalli li kemm idum Ministru Michael Falzon f’dan id-dipartiment ma kienx ħa jkun hemm inkwiet.”

Dawn huma ftit mid-dikjarazzjonijiet li għamel Roger Agius fuq il-paġna uffiċjali tiegħu ta’ Facebook. Dan l-istess Agius li kien ix-xufier ta’ Silvio Grixti, jinsab akkużat bl-involviment fir-racket tal-benefiċċji soċjali, flimkien ma’ erba’ persuni oħra fosthom l-Eks Deputat Laburista Silvio Grixti.

Roger Agius spjega wkoll kif hu kien lest taħt ġurament jikxef kif sal-ewwel tilet xhur tal-2023, kien għadu jieħu l-karti għand Mark Calleja, il-person of trust ta’ Michael Falzon.