Lokali

Konfużjoni fil-Gvern: Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg ma taqbilx ma’ Robert Abela

Bħala persuna responsabbli mill-ugwaljanza f’pajjiżna, ma kontx nieħu dik id-deċiżjoni.

Hekk stqarret is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg meta mistoqsija mill-ġurnalisti taqbilx dwar id-deċiżjoni li ttieħdet fil-konfront ta’ Clint Axisa li mill-ġdid ingħata impjieg mal-Gvern.

Clint Axisa, li kien Uffiċjal ma’ Transport Malta, jinsab akkużat b’fastidju sesswali fuq kollega tiegħu u anke fuq nisa oħra, u minkejja li hu kien twaqqaf minn dan l-impjieg, ftit tal-jiem ilu irritorna f’impjieg ieħor mal-Gvern, din id-darba ma’ Infrastructure Malta.

Intant, din id-dikjarazzjoni ta’ Rebecca Buttigieg tikkuntrasta ma’ dak li qal aktar kmieni din il-ġimgħa Robert Abela.