Milan qed tikkunsidra liġi kontroversjali biex tipprojbixxi l-ġelat tard bil-lejl, kif ukoll l-ikel takeaway, inkluż il-pizza, fi 12-il distrett, bil-għan li trażżan l-istorbju u tippreserva l-paċi tar-residenti.
Jekk tiġi approvata, il-projbizzjoni tista’ tidħol fis-seħħ ix-xahar id-dieħel, u ddum sa Novembru.
Il-Viċi Sindku Marco Granelli qed jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm bilanċ bejn is-soċjalizzazzjoni u t-trankwillità tar-residenti.
Il-proposta, ippreżentata mill-gvern lokali tal-belt, li tolqot l-aktar dawk il-ħwienet bl-imwejjed fuq barra, tgħid li jridu jitneħħew fin-12:30 ta’ filgħodu matul il-ġimgħa u fis-1:30 ta’ filgħodu fi tmiem il-ġimgħa u btajjel pubbliċi.
Ir-residenti għandhom sal-bidu ta’ Mejju biex jappellaw jew jissuġġerixxu modifiki fil-liġi.
Madankollu, din il-proposta qanqlet dibattitu, peress li l-ġelat tard bil-lejl huwa xi ħaġa komuni fil-kultura Taljana. Iz-zoni affettwati jinkludu fost oħrajn Nolo, Porta Garibaldi, u Darsena-Navigli.
.
//= $special ?>