Illum, għall-ħabta ta’ 12:00, il-Pulizija ser tressaq żewġ persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat Monica Vella.
Dawn il-persuni ser jitressqu akkużati b’rabta ma’ każ ta’ ħruq u ħsara volontarja li seħħ fil-15
ta’ April, 2024, fi Triq Xandru Farrugia, Ħal Tarxien.