Elezzjonijiet 2024 Lokali

‘Disability card’ grazzi għall-ħidma tal-MEP David Casa

L-MEP Nazzjonalista David Casa faħħar l-appoġġ qawwi għall-Karta Ewropea tad-Diżabilità wara li maġġoranza kbira tal-MPEs appoġġjaw l-introduzzjoni tagħha fl-UE kollha.

F’kummenti wara dan il-vot…David Casa sostna li waħda mil-libertajiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea hija il-moviment ħieles tan-nies, u għalhekk kien xieraq li l-persuni b’diżabilità jgawdu l-istess aċċess bħaċ-ċittadini l-oħra kollha.

Il-vot finali dwar id-Direttiva l-ġdida ittieħed matul l-aħħar sessjoni plenarja tad-9 leġiżlatura.

Il-Karta tad-Diżabilità se tkun prova legali tal-istatus ta’ diżabilità u se tiftaħ aċċess essenzjali għal dawk kollha b’diżabilità li jivvjaġġaw madwar l-Unjoni Ewropea.